Malta u Għawdex — qabel niftħu
Professjonist Fundatur
Numru limitat ta' professjonisti jidħlu fuq MaltaQuotes qabel il-ftuħ għall-pubbliku: ħejji l-profil bil-kalma, nivverifikawk, u fl-ewwel jum tkun diġà online waqt li l-oħrajn ikunu għadhom jibdew.
X'jinvolvi
- Tiftaħ il-kont fuq stedina tagħna, wara li nkunu qrajna l-applikazzjoni tiegħek.
- Tlesti l-profil, is-servizzi u ż-żoni koperti bil-kalma, fil-ġimgħat ta' qabel niftħu.
- Sal-jum tat-tnedija m'hemmx talbiet x'tara u ma jintbagħtux kwotazzjonijiet: għadu m'hemm ħadd fuq in-naħa l-oħra.
- Min jgħaddi mill-verifika jieħu l-badge "Professjonist Fundatur" fuq il-profil tiegħu.
- L-applikazzjoni hija bla ħlas u ma torbtok għal xejn.
X'għandek bżonn
Numru tat-telefon, il-kategoriji li taħdem fihom u, jekk applikabbli, in-numru tal-VAT Malti tiegħek. Meta jingħata, in-numru tal-VAT jiswa għal kont wieħed biss: jekk in-negozju tiegħek diġà għandu profil fuq MaltaQuotes, ikteblna minflok ma tapplika mill-ġdid.
Biex tapplika m'hemmx għalfejn ittella' xejn. Għal xi kategoriji regolati nistgħu nitolbuk aktar tard liċenzja jew ċertifikat, imma biss jekk il-verifika verament teħtieġu: ngħidulek aħna, miż-żona tiegħek, wara li l-profil ikun lest.
Applika
In-negozju tiegħek diġà jidher irreġistrat, jew ma tirnexxilekx tapplika? Iktbilna: tweġbek persuna.